Ritratti tas-CCTV jaqbdu żewġ nisa jisirqu

Żewġ nisa ta’ erbgħin sena ngħataw sentenza sospiża wara li ammettew li serqu minn karozza li kienet ipparkjata f’Santa Venera.

Fil-Qorti l-pulizija ppreżentat ritratti meħudin mis-CCTV cameras  fejn juru lin-nisa jisirqu tablet u ammont ta’ flus minn karozza pparkjata.

Fil-Qorti n-nisa qalu li t-tnejn li huma ma jaħdmux u ammettew l-akkużi miġjuba konriehom.

Wara li kkunsidra li n-nisa kkoperaw mal-pulizija kif ukoll li m’għandhomx rekord kriminali, l-Maġistrat sab liż-żewġ nisa ħatja u kkundannahom għal 18-il xahar ħabs sospiżi fi tliet snin. Huwa wissiehom li jekk jagħmlu reat ieħor jistgħu jispiċċaw il-ħabs.