Filmat: Taqbad scrapyard f’Ħal Lija

Nirien ħakmu scrapyard li tinsab qrib it-triq prinċipali ta’ Ħal Lija. Numru ta' vetturi inqerdu bin-nirien.
Ħadd ma weġġa' fin-nirien. 
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2:15pm.
Daħna kbira dehret minn diversi lokalitajiet. 
Fuq il-post waslu 3 vetturi tat-tifi tan-nar flimkien ma' membri tal-pulizija.

Filmat: MRTU
Ritratti fuq info@newsbook.com.mt: Charlene Valentine Giordmaina/Julia Callus/Deb Mallia Meilak/Timmy Cutugo/Roberto Cassar/Paul Zahra/ Jeremy Portelli