Ritratti: Tan-Nadur jibdew jiċċelebraw il-Karnival

Il-Kunsill Lokali tan-Nadur organizza l-Karnival organizzat, li kull sena qed jiġi mtella’ fil-pjazza ewlenija tan-Nadur, ġimgħa qabel il-Karnival spontanju li jiġbed eluf ta’ Maltin lejn il-gżira Għawdxija.
Ilbieraħ, dan l-ispettaklu ġibed għadd ta’ persuni lejn in-Nadur bi sfilata tal-Karnival, żfin u anki maskli grotteski u karrijiet żgħar.
Fuq Facebook, is-Sindku tan-Nadur Edward Said kiteb li fit-tliet ijiem ta’ qabel, 500 parteċipant kienu qed iħejju għall-ftuħ tal-Karnival bi preparamenti għaż-zifna tagħhom.
Jgħid li matul il-ħames sigħat li dam għaddej l-ispettaklu 4,000 persuna nġabru fil-pjazza.