Ritratti ta’ gradwati nisa Maltin jintalbu għal wirja

L-Università ta’ Malta se tippreżenta wirja dwar in-nisa li attendew l-Università. Jekk inti studenta jew eks-studenta mara, tista’ tibgħat ritratt li jirrappreżenta ħinek fl-Università sal-31 ta’ Lulju.

Il-wirja, li jisimha Hors Concours u li se jieħu ħsiebha l-Professur Raphael Vella, se tgħid l-istorja tal-ewwel grupp ta’ nisa li ħadu l-edukazzjoni tagħhom fl-Università ta’ Malta. Se jkun hemm ukoll xogħol minn artisti nisa kontemporanji li jaħdmu f’Malta.

L-Università qed tfittex li studenti jew eks-studenti li huma nisa jibgħatu ritratt sal-31 ta’ Lulju. Dan ir-ritratt għandu jirrapreżenta ħinhom bħala studenta fl-Università sal-31 ta’ Lulju. Għandhom jibgħatu dan ir-ritratt fuq l-email horsconcoursexhibition@gmail.com u għandu jkun daqs ta’ massimu ta’ 1MB.

Nisa bħal Blanche Huber u Tessie Camilleri kienu tal-ewwel li kienu qed jistudjaw u gradwaw flimkien mal-bqija ta’ studenti irġiel. ristina Borg, Charlie Cauchi, Amber Fenech u Margerita Pulè wkoll se jkunu qed juru x-xogħol tagħhom f’din il-wirja.

Hors Concours se tkun qed tintwera fil-kampus tal-Belt tal-Università ta’ Malta, bejn il-31 t’Ottubru u d-29 ta’ Novembru.