Ritratti: Ta’ Pinu lest għall-Karnival

Minn għada, il-vapur tal-Gozo Channel Ta’ Pinu, se jkun qed jingħaqad maż-żewġ vapuri l-oħra hekk kif il-ġimgħa d-dieħla Għawdex qed jistenna għadd ta’ Maltin għall-Karnival.
Għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat, Palumbo kienet qed twettaq xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-vapur.
B’kollox, Ta’ Pinu għamel 23 ġurnata f’Baċir 5 u madwar 70 ħaddiem kienu qed jaħdmu fuqu.
Fost affarijiet oħra, sar xogħol fuq il-kmamar tal-banju u anke xogħlijiet fil-garaxx li se jilqa’ fih sa massimu ta’ 158 karozza.
Apparti manutenzjoni oħra, il-vapur reġa’ ngħata ż-żebgħa.
L-uffiċjal tal-Gozo Channel, Sammy Grech, qal li fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla, it-tliet vapuri se jkunu qed joffru shuttle service, biex ilaħħqu mad-domanda.