Ritratti: Ta’ 29 sena arrestat fuq traffikar tad-droga

Taqsima Relazzjonijiet mal-Kominità u l-Istampa, Korp tal-Pulizija (CMRU)

Raġel ta’ 29 sena residenti Birżebbuġa ġie arrestat minħabba traffikar tad-droga.

Skont stqarrija mill-Pulizija, l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga interċettaw vettura f’Ħaż-Żabbar wara jiem ta’ osservazzjoni. Fi-vettura, li kienet qed tinstaq mir-raġel, sabu diversi pakketti b’sustanza allegatament droga sintetika u ammont ta’ flus kontanti.

Ir-raġel ġie arrestat fuq il-post, u ttieħed il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.