Ritratti: Supereroj iferrħu lit-tfal f’Mater Dei

Read in English.

Il-Mosta Scout Group lbieraħ is-Sibt 7 ta’ Diċembru organizzaw edizzjoni oħra tal-Hospital Heroes. Iżda din id-darba kellhom it-tema tal-Milied għaliha.

Il-membri tal-grupp libsu ta’ Father Christmas, ta’ karattri assoċjati mal-Milied u anki ta’ super eroj. Imbagħad qagħdu jagħmlu abseiling u bl-għajnuna tal-ħbula jinżlu mal-ħitan tal-Isptar Mater Dei fejn hemm rikoverati t-tfal.

Wara, waqt li għadhom libsin ilbies festivi, żaru s-swali tat-tfal u qassmulhom rigali verament sbieħ.

Il-Mosta Scout Group jemmen li avveniment bħal dan, magħmul fi spirtu tal-Milied, iġib tbissima kbira fuq wiċċ it-tfal u l-ġenituri tagħhom meta jilagħbu magħhom.

Kelliem għall-grupp qal li huma jkunu qed jużaw l-esperjenza tagħhom fl-iScouts biex iġibu l-ferħ fost it-tfal waqt li rringrazzhaw lill-isponsors tagħhom Toyland u Die Ecke Stationary għall-isponsorsjp tagħhom.