Ritratti: Suċċess għal kantanta ta’ 6 snin f’festival fir-Rumanija

Julia Barbara ta’ 6 snin fl-aħħar jiem ħadet sehem fl-10 edizzjoni tal-festival Volare li sar bejn il-21 u l-25 ta’ Awwissu fi Piatra Neamt fir-Rumanija.
Barbara nterpretat is-silta La Giacca Rotta u permezz tagħha rebħet il-kategorija li kienet qed tikkompeti fiha għal tfal bejn l-4 u s-7 snin.
Din kienet l-ewwel darba li Barbara kkompetiet f’festival internazzjonali. It-tifla ntagħżlet ukoll biex wara din l-esperjenza, terġa’ tikkompeti f’festival ieħor fir-Rumanija, il-Euro Music Vision li se jkun qed jittella’ aktar tard din is-sena f’Bucharest.
Julia ilha titħarreġ fil-vuċi għal din l-aħħar sena fil-La Voix Academy taħt Gillian Attard u Jane Pace.
newsbook.com.mt jawgura aktar suċċessi lil din il-kantanta żgħira.