Filmat: Strixxuni favur il-politika Maltija jitwaħħlu matul il-lejl

Il-Forum Żgħażagħ Laburisti (FŻL) ħabbru li l-istrixxuni li twaħħlu madwar Malta matul il-lejl li għadda huma parti mill-kampanja tagħhom bl-isem "Proud of my Politics".
F'filmat live fuq il-paġna ta' Facebook tal-FŻL, il-President tal-Forum, Naomi Cachia, qalet li kulħadd għandu l-istorja tiegħu, madanakollu kulħadd għandu għan wieħed, ir-rieda li tkompli l-ħidma għall-ġid tal-pajjiż.
Cachia sostniet li hija ħasra li l-partiġġjaniżmu jifred lill-poplu Malti u Għawdxi.

Matul dawn l-aħħar xhur ittellgħu diversi strixxuni kontra it-tmexxija tal-Gvern preżenti. Madanakollu, din id-darba, dawn il-banners qed jgħaddu messaġġi ta’ posittività dwar il-politika Maltija.