Read in English.
L-eks xandar Tonio Portughese llum qasam żewġ ritratti storiċi u memorabbli ta’ 40 sena ilu meta fl-1981 kien sar fuq l-istazzjon Nazzjonali l-ewwel dibattitu politiku fl-istoria tax-xandir bejn il-Prim Ministru Dom Mintoff u l-Kap tal-Oppożizzjoni Eddie Fenech Adami. Id-dibattitu kien tmexxa minn Dr Tonio Portughese fuq talba tal-Awtorità tax-Xandir bil-fiduċja tal-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista.
It-televiżjoni f’dik il-ħabta kien għadu iswed u abjad, u dan id-dibattitu baqa’ meqjus bhala “landmark” fl-istorja tax-xandir nazzjonali f’pajjiżna.
“Iż-żewġ partiti kienu rringrazzjawni għall-mod bilanċjat li kont mexxejt dan id-dibattitu ftit jiem qabel l-elezzjoni ġenerali tal-1981,” ikkummenta Dr Tonio Portughese.