Ara l-istat tal-kappella fl-isptar ta’ Għawdex; Steward twiegħed manutenzjoni

Sptar Ġenerali t'Għawdex kappella

Il-kumpanija Steward Malta qalet li se tieħu ħsieb tara li x-xogħol ta’ manutenzjoni fil-kappella tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex isir.

Sors informa lil Newsbook.com.mt li l-kappella f’dan l-isptar tinsab mitluqa. Qal li hija għarukaża f’liema stat qed titħalla din il-kappella, partikolarment is-saqaf tagħha.

Mistoqsija minn Newsbook.com.mt, kelliem għall-kumpanija li tamministra l-isptar, Steward Malta, spjega li din il-kappella ġiet rinovata ħames snin ilu, madankollu issa, din teħtieġ manutenzjoni fis-saqaf u fil-bejt ta’ fuq is-saqaf.

Il-kumpanija wiegħdet li x-xogħol ta’ manutenzjoni meħtieġ se jsir, iżda qalet li fl-aħħar xhur, l-isforzi tagħha kienu ffukati fuq il-pandemija tal-coronavirus u t-tħejjijiet fl-isptar għal din l-imxija, billi ġew preparati żoni kliniċi sabiex ikun assigurat li l-pazjenti u l-ħaddiema jinżammu siguri.

Madwar xahar ilu, intużat kamra mitluqa u maħmuġa fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex isir l-ECG fuq xi pazjenti, iżda qal li qiegħed jinvestiga għaliex intużat dik il-kamra f’dak il-jum partikolari, u mhux il-kamra li tintuża s-soltu.