Ritratti: Sportivi Franċiżi jfakkru l-vittmi tal-attakk fuq Charlie Hebdo

Sportivi Franċiżi madwar id-dinja li kienu mpenjati fid-dixxiplini sportivi rispettivi fi tmiem il-ġimgħa fakkru l-vittmi tal-attakk terroristiku fuq ir-rivista Charlie Hebdo.
B’kollox inqatlu 17-il persuna bejn l-attakk fuq l-uffiċini tar-rivista u l-ostaġġi li nqatlu meta nżammu kontra r-rieda tagħhom minn agressur f’supermarket.
B’mod speċjali fil-futbol fi Franza, ir-Renju Unit u l-Italja, għadd ta’ plejers libsu flokk abjad bil-kitba "Je suis Charlie" taħt il-flokk tat-tim tagħhom.
Fl-Italja, l-kowċ ta’ Roma, Rudi Garcia li huwa Franċiż poġġa lapes fuq is-siġġijiet tal-ġurnalisti sportivi qabel il-konferenza tal-logħba kontra Lazio, biex jiktbu l-kummenti tagħhom kontra t-terroriżmu.
Dimostrazzjonijiet ta’ solidarjetà ta’ din ix-xorta dehru wkoll waqt il-logħob tar-rugby, skiing, triathlon u l-baskitbol.