Ritratti: SpongeBob jasal Malta

Miguela Xuereb

Il-karattru popolari mat-tfal li jħobbu jaraw l-istazzjon Nickelodeon, SpongeBob SquarePants, wasal Malta, jew id-dar tiegħu tal-anqas…

Id-dar partikolari tiegħu, fil-forma ta’ pineapple, tfaċċat fil-Belt Valletta, quddiem il-Parlament, dalgħodu. Dan immarka l-bidu tal-ewwel tiftixa għat-teżor ta’ Nickelodeon internazzjonalment.

L-attività se tibda nhar is-Sibt u tibqa’ sejra sa nhar l-Erbgħa, b’attivitajiet u logħob għall-familja kollha, mhux għat-tfal biss.

Il-lista t’attivitajiet tista’ taraha hawn.