Ritratti: Spettaklu ieħor min-Niagara Falls

Konsegwenza tal-kesħa qawwija li qed taħkem l-Istat Uniti, għat-tieni darba din is-sena. reġgħu ffriżaw in-Niagara Falls.
It-temperatura ħdejn in-Niagara Falls niżlet għal 12.8 grad taħt iż-żero, f’fenomenu magħruf bħala ‘polar vortex’.
Dawn it-temperaturi kesħin affettwaw madwar 240 miljun persuna fl-Istati Uniti u n-nofsinhar tal-Kanada.
Ma jidhirx fil-jiem li ġejjin se jkun hemm titjieb fit-temperatura.