Ritratti: Sparaturi f’bar f’Kalifornja; 12 mejta

People comfort each other after a mass shooting at a bar in Thousand Oaks, California, U.S. November 8, 2018. REUTERS/Ringo Chiu

Sparaturi f’bar Kalifornja wasslu għall-qtil ta’ 12-il persuna, inkluż id-deputat sheriff tard ilbieraħ filgħaxija. Dan intqal illum mill-Ventura County Sheriff Geoff Dean.

Skont ix-Sheriff, is-suspettat li inqatel ukoll huwa Ian Long u kellu 28 sena. F’konferenza tal-aħbarijiet intqal li wisq probabli r-raġel qatel lilu nnifsu wara l-attakk. Bosta persuni oħrajn indarbu kawża ta’ dan l-attakk.

L-uffiċjal maqtul ġie identifikat bħala s-Surġent Ron Helus, li kellu 29 sena. Hu kien minn tal-ewwel li wasal fuq il-post, propju ftit qabel il-11.30pm. Dan il-każ segwa żewġ każijiet oħrajn fejn propju sitt ijiem ilu nqatlu żewġ nisa waqt lezzjoni tal-yoga fi Florida u 12-il jum wara li raġel anti-Semitiku daħal ġewwa sinagoga f’Pittsburgh u qatel 11-il persuna.