Ritratti: Spanja ssalva madwar 200 immigrant

Read in English.

Madwar 200 persuna kienet salvata wara li ppruvaw jagħmlu vjaġġ riskjuż mill-Afrika ta’ Fuq lejn Spanja. Is-salvataġġ seħħ wara li fi Spanja sar dibattitu dwar kif id-dgħajjes ta’ karità jistgħu jgħinu lill-Gvern Spanjol. Dan ġie diskuss wara li vapur ta’ organizzazzjoni mhux governattiva Spanjol kien fiċ-ċentru ta’ standoff mal-istati Ewropej ix-xahar li għadda.

Fl-Istrett ta’ Ġibiltà ġew salvati 73 persuna minn tliet dgħajjes differenti. Fost dawn il-persuni kien hemm 10 minorenni. 110 persuna oħra ġiet salvata minn ħames dgħajjes oħra li kienu fil-baħar ta’ Alboran u li mbagħad ittieħdu lejn il-port ta’ Malaga.

Skont l-informazzjoni tal-Ministeru għall-Intern, meta mqabbel ma’ nofs is-sena tas-sena l-oħra, kien hemm tnaqqis fl-ammont ta’ immigranti li daħlu fi Spanja. Sa nofs Awwissu fi Spanja daħlu b’kollox 18,000 persuna.