Ritratti: Sorpriża mill-President lill-47 ċiklisti tal-ALIVE2015

Grupp ta’ 47 ċiklist li bħalissa qed jitħarġu għall-Daikin ALIVE2015 Cycling Challenge for Cancer, irċevew żjara sorpriża mill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca.
Iċ-ċiklisti kienu waqt l-aħħar sessjoni ta’ taħriġ qabel ma jħallu Malta għal Liechtenstein nhar id-9 ta’ Lulju meta għall-għarrieda waslet il-President.
L-isfida li se jieħdu sehem fiha dawn iċ-ċiklisti se toħodhom f’seba’ pajjiżi f’temp ta’ sebat ijiem. L-isfida tintemm f’Sutton l-Ingilterra fit-18 ta’ Lulju.
ALIVE qed jiġbor fondi biex studenti tal-Ph.D jkunu jistgħu jagħmlu riċerka dwar il-kanċer fit-tfal.
L-isfida qed issir b’kollaborazzjoni ma’ Puttinu Cares, id-Dipartiment tal-Anatomija fil-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija tal-Università ta’ Malta, l-Isptar Mater Dei, u RIDT.
Id-donazzjonijiet jistgħu jsiru fuq is-sit www.alivecharity.com. Inkella permezz ta’ SMS fuq:
50617364 għal donazzjoni ta’ €2.33
50618081 għal donazzjoni ta’  €4.66
50618913 għal donazzjoni ta’ €6.99
50619208 għal donazzjoni ta’ €11.65