Normalment nisimgħu bihom li qed imutu, jew qegħdin f’periklu, imma Beverley Baldacchino llum kellha storja pożittiva x’tirrakkonta fuq il-fkieren.
Waqt dawra bid-dgħajsa, Beverley ġiet wiċċ imb wiċċ ma’ fekruna tgħum f’wiċċ il-baħar. Il-fekruna ma tgerrxitx meta d-dgħajsa qorbot lejha, saħansitra ħalliet lil Beverley u sħabha jmissuha!
Beverley qalet ma’ Newsbook.com.mt li ġieli ltaqgħu ma’ fkieren b’dal-mod, iżda normalment dawn jitgerrxu u jinżlu ‘l isfel. Din donnha li għoġbitha l-attenzjoni, għax baqgħet iddur mad-dgħajsa.
Il-fekruna ntlemħet madwar 20 mil ‘il barra mix-xatt ta’ Wied il-Għajn. “Kienet esperjenza tal-ġenn!” qalet Beverley.