Is-sensiela Sorelle tkompli fuq TVM kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.40pm. Dan hu dak li se jseħħ fil-puntati ta’ matul din il-ġimgħa:
It-Tnejn 9 ta’ Novembru
Angela marret apposta d-depot biex tiltaqa’ ma’ Vince…x’qalilha xħin ċemplitlu?… u wara l-insistenza tagħha x’qalilha dwar Maxine? X’qaltlu qabel ħallietu? Naomi ltaqgħet ma’ Angela.. x’aħbar kellha dwar Sarah u għaliex Angela nħasdet meta qaltilha?
It-Tlieta 10 ta’ Novembru
Naomi rrakkontat lil Angela dak kollu li kien qalilha Steve dwar bintha… kif qed tħossha Angela? Samantha u Lorraine reġgħu lura d-dar… kif marret is-seduta ma’ Janice? Kelly marret lura d-dar…x’inhu jiġri?
L-Erbgħa 11 ta’ Novembru
Lorraine staqsiet lil Samantha għaliex ma riditx toqgħod fl-istess dar ma’ Angela… x’qaltilha? Min mar għand Lorraine biex ikellem lil Samantha? Vince ċempel lil Kelly biex jgħidilha dwar ir-rapport… x’qaltlu? Patrick mar ikellem lil Vince… x’qallu dwar Naomi?
Il-Ħamis 12 ta’ Novembru
Samantha ħadet pjaċir ħafna meta Bella marret għand Lorraine… iżda Lorraine x’reazzjoni kellha? Naomi reġgħet lura l-uffiċċju… x’qalilha Vince? X’se tagħmel dwar ir-rapport li għamlet Kelly?
Il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru
Min mar id-dar ta’ Lorraine… u fejn tinsab Lorraine bħalissa? Patricia reġgħet marret id-dar ta’ Kelly… x’qalu u x’qed tippjana Kelly? Neil talab lil Lorraine n-numru tal-investigatur privat… għalxiex ried ikun jafu?
Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Velal Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind. Kull episodju jkollu repetizzjoni fuq TVM dakinhar stess fil-11.30pm u l-għada fis-6.15am, filwaqt li l-episodji ta’ ġimgħa sħiħa jixxandru s-Sibt mill-11am ‘il quddiem fuq TVM2.