Ritratti: Sorelle ġurnata b’ġurnata

Is-sensiela Sorelle tkompli llum fuq TVM fl-3.40pm b’ħames puntati ġodda li se jixxandru kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Dan hu dak li se jiġri ġurnata b’ġurnata:

It-Tnejn 7 ta’ Diċembru

Samantha reġgħet marret għand Janice… x’għamet Janice biex Samantha tiftakar xi affarijiet meta kienet għadha miżmuma minn Sully? Immorru lura fid-dar ta’ Jodi fejn naraw lil Lorraine tgħid lil Bella biex tgħid il-veritá dwar Louisa… tgħid tgħidilhom?

It-Tlieta 8 ta’ Diċembru

Nibdew billi naraw lil Samantha fuq is-sufan ta’ Janice… x’qaltilha li kien ġara?… għaliex kienet qed tibża’ tgħidilha b’dak kollu li kien qed jiġri? Sully kien fil-bitħa tal-ħabs… għaliex mar ifittex lil Leo? X’ġara eżatt? Samantha ċemplet lil Lorraine.. x’ġara?

L-Erbgħa 9 ta’ Diċembru

Samantha tinsab inkwetata ħafna għan-nota li sabet imwaħħla mal-bieb ta’ barra… min mar iħabbat id-dar? Fejn hi Lorraine? Bella ċemplet lil Dr Formosa… min hu?… x’qaltlu dwar Janice u l-pazjenti tagħha? Min ċempel lil Bella? X’qaltilha biex irrabjatha ħafna? Min mar jltaqa’ ma’ Lorraine… x’ġara?

Il-Ħamis 10 ta’ Diċembru

L-aħbar li kienu ħarbu xi ħabsin mill-ħabs instemgħet fuq l-aħbarijiet. Frederick ċempel lid-direttur tal-ħabs… x’qallu? Sadanitant Brian ċempel lil Frederick u taħ xi dettalji dwar il-ħarba. Flimkien insiru nafu x’kien ġara. X’reazzjoni kellha Angela xħin saret taf x’kien ġara? Vince ċempel lis-Sorelle nkwetat… x’qalilhom biex jagħmlu?

Il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru

Is-Sorelle kollha jinsabu nkwetati minħabba Samantha… fejn marret? Min xiex qed jibżgħu? Frederick mar jiltaqa’ ma’ Brian… min ċempillu? Brian iġġustifika ruħu dwar il-ħarba li kien għamel… x’qallu dwar is-Sully?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.