Ritratti: Sorelle ġurnata b’ġurnata

Sorelle jkompli matul din il-ġimgħa b’aktar episodji ġodda minn dan it-teini staġun li qed jitwassal fuq TVM kuljum fl-3.40pm.

It-Tnejn 23 ta’ Novembru

Naomi marret wara l-bieb ta’ Kelly… x’rat u x’għamlet? Neil iltaqa’ ma’ Malcolm… x’talbu jagħmel? Samantha kienet waħida d-dar u raqdet fuq is-sufan… x’ħolmot?  Min mar id-dar ta’ Lorraine?

It-Tlieta 24 ta’ Novembru

Neil iltaqgħu ma’ Malcolm u tkellmu fuq Nina… xi xtaq ikun jaf Malcolm u xi staqsieh lil Neil? Għaliex Neil wera l-interess li jsib lil Nina? Għaliex Samantha ċemplet lil Bella? Lorraine reġgħet lura d-dar… x’qalet xħin rat il-fjuri?

L-Erbgħa 25 ta’ Novembru

Fejn marret Lorraine? Neil u Malcolm komplew jitkellmu fuq Roy u Nina… x’qalu? X’suspett għandu Malcolm dwar Roy? Vince ċempel lil Naomi… x’iddeċieda li jagħmel u Meg għaliex qed tiġġieled ma’ ommha?

Il-Ħamis 26 ta’ Novembru

Fejn marret Lorraine? Neil u Malcolm komplew jitkellmu fuq Roy u Nina… x’qalu? X’suspett għandu Malcolm dwar Roy? Vince ċempel lil Naomi… x’iddeċieda li jagħmel u Meg għaliex qed tiġġieled ma’ ommha?

Il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru

Lorraine waħħlet f’rasha li l-fjuri kienu mingħand Roy… għaliex qalet hekk? X’qalilha Neil dwar Malcolm u dak li kien talbu? Tgħid Lorraine apprezzat l-aġir tiegħu jew le? X’ġara xħin Kelly daħlet fis-sodda biex torqod?

Sorelle jkollu repetizzjoni fuq TVM dak inhar stess fil-11.30pm u l-għada fis-6.15am filwaqt li r-repetizzjoni tal-ħames episodji ta’ amtul il-ġimgħa jixxandru s-Sibt mill-11am ‘il quddiem fuq TVM2.

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.