Ritratti: Son imbikkem wara tackle ħażina fuq Gomes

Il-midfielder ta’ Everton Andre Gomes weġġa’ siequ serjament waqt il-logħba mill-Premier League kontra Tottenham ġewwa Goodison Park.

Son Heung-min ta’ Spurs deher imnikket wara li għamel tackle fuq il-plejer Portugiż. Għal dan spiċċa tkeċċa fid-79 minuta. L-inċident deher innoku, iżda l-burdata nbidlet fost il-plejers u l-partitarji wara li raw il-ħsara li ħalliet it-tackle fuq sieq Gomes.

Son tbikkem meta ra sieq Gomes u rrealizza x’ikkawża. Gomes kien qed jiġri bil-ballun mal-linja ta’ barra meta Son għamillu tackle biex jieħu l-ballun. Sfortunatament għal Gomes, siequ nqabdet fil-ħaxix u trewiet b’mod ikrah taħt ġismu.

Kollox jidher li Gomes se jkollu jagħmel xi ftit żmien mhux ħażin barra mill-futbol.