Ritratti: Sitt vetturi ġodda għall-Protezzjoni Ċivili

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili inawgura sitt vetturi ġodda li huma mgħammra b’apparat modern fosthom  breathing apparatushydraulic rescue equipment u għodod oħra.
Dawn is-sitta jagħmlu parti minn 12-il vettura li ħamsa minnhom ġew f’Settembru, b’investiment ta’ aktar minn €2.6 miljun.
Żewġ vetturi qed ibidlu tnejn mill-vetturi eżistenti magħrufa bħala Eurofire li għandhom ħażna ta’ 2,500 litru ilma b’kapaċità fil-pompi ta’ 2,000 litru fil-minuta.
Vettura oħra magħrufa bħala Eurocity, għandha l-kapaċità li ġġorr 2,000 litru ilma u pompa b’kapaċità ta’ 1,600 litru f’minuta. 
Żewġ vetturi oħra imsejħa Hi-Volume Water Carrier għandhom ħażna ta’ ilma ta’ 12,000 litru u pompi b’kapaċità ta’ 10,000 litru ilma fil-minuta.
Vettura oħra hija dik magħrufa bħala Incident Support Unit li tista’ ġġorr apparat kbir li ma jinġarx f’vetturi oħra iżgħar fosthom ċilindri tal-arja, pompi tal-ilma, generator u flood lights għall-inċidenti ta’ matul il-lejl. Din il-vettura tintuża meta jkun hemm inċident ta’ skala kbira.
Dawn il-vetturi bħalissa jinsabu għall-wiri fid-daħla tal-Belt Valletta.
Waqt żjara, il-Ministru ħabbar li żewg vetturi industrjali, li bħalissa qed jinbnew fit-Turkija, waslu biex ikunu lesti. Dawn għandhom il-kapaċità li jġorru 10,000 litru ilma, 1,500 litru foam u 250kg dry powder u pompa b’kapaċità ta’ 3,500 litru ilma fil-minuta. 
Huwa rringrazzja wkoll is-sezzjoni tal-K-9, u qal kif dawn il-klieb ukoll jirriskjaw ħajjithom waqt li qed jintużaw għat-tfittix. Huwa irringrazzja lil min iħarriġhom.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili tella’ attività b’risq l-MCCF biex jiġbru donazzjonijiet għall-Istrina. Uħud mill-attivitajiet li għamlu d-DPĊ jinkludu shows mis-sezzjoni tal-K-9, simulazzjoni ta’ road traffic accidentabseiling, u demo ta’ kif wieħed juża l-extinguishers.

Ritratti: DOI –  Omar Camilleri