Ritratti: Siti barranin iħabbru l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia

Diversi siti ta' aħbarijiet internazzjonali qed jirrappurtaw l-isplużjoni li fiha mietet Daphne Caruana Galizia.
Il-BBC kien minn tal-ewwel li rrapporta din l-aħbar u kkwota wkoll il-konferenza tal-Prim Ministru.
Il-midja barranija qiegħda tirreferi għal Daphne Caruana Galizia bħala ġurnalista investigattiva li dejjem żammet il-Gvern taħt skrutinju.
Semmew il-fatt li kienet hi li f'Malta ħarġet l-aħbar dwar il-Panama Papers, qabel ma' dawn ġew ippubblikati mill-Konsorzju Internazzjonali tal-Ġurnalisti Investigattivi.