Ritratti: Sinjali dwar Daphne ma’ Malta kollha

Bosta sinjali dwar il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia twaħħlu madwar numru sostanzjali ta’ lokalitajiet madwar il-Gżejjer Maltin minnpersuni mhux identifikati li jridu tweġiba għal x’wassal biex il-ġurnalista tinqatel b’mod tant brutali.

Ir-ritratti li ttellgħu fuq il-paġna ta’ Facebook tal-attivisti “Il-Kenniesa” tweħħlu wara li lbieraħ inkines il-monument tal-Assedju l-Kbir li kien qed jintuża bħala mafkar għal Daphne, qabel iċ-ċerimonja li saret ilbieraħ filgħaxija biex titfakkar il-Vitorja.

Il-mafkar reġa’ ħa l-ħajaj filgħaxija wara l-avveniment hekk kif ir-ritratti, xemgħat u fjuri reġgħu tpoġġew mad-dawra tal-monument.

now.

Posted by Occupy Justice Malta on Thursday, September 6, 2018

Il-messaġġi fuq is-sinjali jinsistu li hemm bżonn jinstab min qatel lill-ġurnalista. Oħrajn jikkwotaw partijiet mill-blogg tagħha, fost bosta messaġġi oħra.

https://www.facebook.com/permalink.php?story_fbid=315455889018972&id=143608709537025