Ritratti: Siment minflok tarmak

Newsbook.com.mt irċieva dawn ir-ritratti meħuda fi Triq Mikiel Anton Vassalli, li mill-mina ta' taħt l-Università tagħti għar-rawndebawt tal-Kappara magħrufa bħala Tal-Gass, 

Fir-ritratti jidher biċ-ċar li fit-triq, eżatt qabel ir-rawndebawt, għal xi raġuni hemm firxa ta' siment li hi ta' periklu kemm għas-sewwieqa tal-karozzi u anke tal-muturi.

Il-qarrej li bagħtilna r-ritratti qalilna kif il-ġimgħa li għaddiet kien għaddej mit-triq bil-mutur u għal ftit ma spiċċax involut f'inċident.  Dan għaliex sewwieq ta' karozza li kien maġenbu, induna tard bir-roqgħa ta' siment u kien se jikser fuq tal-mutur biex jiskappa l-ħofra li hemm.

Jidher ukoll li fuq is-siment hemm ukoll marki ta' tyres.

Din ir-roqgħa ta' siment tista' tkun ta' periklu akbar fl-istaġun tax-xitwa peress li bix-xita, is-siment jiżloq ħafna.

 

Ritratti: Dario Debono fuq info@newsbook.com.mt