Ritratti: Silġ u xita jaħkmu lil Malta u Għawdex

Sunny Malta proper torrential rain with mad thunder and crazy lightning please do not be Malaga again

Posted by Peter V Mizzi on Thursday, 22 February 2018

Kmieni dalgħodu massa ta’ sħab ksew is-sema madwar Malta u Għawdex qabel ma bdew ifaqqaw is-sajjetti u ftit wara infetħu bibien is-sema, fejn f’bosta lokalitajiet saħansitra niżel is-silġ.

Minkejja kollox, il-maltempata kienet waħda qasira u jidher li t-temp se jkun qed jippersisti ftit matul il-ġurnata, bi ftit xita ‘l hemm u ‘l hawn.

Xi nies qalu ma’ Newsbook.com.mt li kien hemm ukoll tromba l-Belt Valletta li fetħet it-twieqi ta' xi residenzi. 

Għandek xi ritratti jew filmati? Ibgħathom fuq info@newsbook.com.mt.
Filmati u Ritratti: Malta Weather Site, Malta Weather Page, Gozo Weather Page, Peter V Mizzi, Antoinette Borg, Ian Noel Pace, Andrea Muscat