Ritratti: Siġra tal-Milied miksija b’4,500 flixkun ta’ ħġieġ f’Għajnsielem

Read in English.

Ilbieraħ filgħaxija, 10 ta’ Diċembru, proprju f’Jum Għajnsielem, ġiet inawgurata uffiċjalment Siġra unika tal-Milied, b’għoli ta’ 60 pied magħmula minn struttura tal-ħadid u miksija b’aktar minn 4,500 flixkun tal-ħgieg. Il-kobor ta’ din is-siġra f’post prominenti fiċ-ċentru t’Għajnsielem quddiem il-Knisja Arċipetali huwa ta’ attrazzjoni unika f’dawn il-granet ta’ festi u zgur li ser iżuruha hafna nies. Din is-siġra li bix xieraq ġiet iddedikata lil vittmi u eroj tal-Covid-19 ġiet iffinanzjata mill-Kunsill Lokali Għajnsielem bl-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex u d-Direttorat tal-Wirt Kulturali. Diversi voluntiera li s-soltu jkunu jgħinu fl-attivita ta’ Bethlehem f’Għajnsielem u li din is-sena ġiet ikkanċelata minħabba l-pandemija offrew l-għajnuna tagħhom filwaqt li r-residenti taw l-kontribut permezz tal-flixken tal-ħġieġ użati.

Is-siġra ġiet inawgurata mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri flimkien mas-Sindku Kevin Cauchi u l-kunsilliera tal-Kunsill Lokali Għajnsielem.  Il-mixgħela ta’ din is-siġra kien jikkonsisti fi spettaklu ta’ kant, dawl u nar li saħħar lil dawk kollha preżenti. Is-siġra tinsab quddiem il-Knisja ta’ Għajnsielem u wieħed faċilment jista jzura matul dawn il-ġranet ta’ festa kull hin anke mill-kumdita’ tal-vettura tiegħu.

Ara statistika tas-siġra: