Ritratti: Siġra tal-Milied magħmulha minn injam u għoqiedi fil-Mosta

Għal dan iż-żmien tal-Milied żgħażagħ mill-grupp tal-iScouts tal-Mosta ħadu inizjattiva biex jibnu siġra tal-Milied differenti mis-soltu. Dan permezz ta’ użu ta’ injam u għoqiedi. Fl-isfera tal-iscouts dan jissejjaħ proġett tal-pioneering fejn bil-ħbula u seratizzi wieħed jista’ jibni diversi strutturi differenti, fosthom torrijiet, pontijiet u attrazzjonijiet oħra.

Immexxija mill-Sean Bartolo, Group Scout Leader tal-Mosta, din is-sena ħarġet l-idea li permezz tal-pioneering jittella’ proġett relatat mal-Milied biex jitgawda minn kull min iżur il-Campsite tal-iScouts fil-Mosta.

Din is-siġra twila ‘l fuq minn sitt metri, jiġifieri żewġ sulari.

Iż-Żgħażagħ tal-grupp qalulna li l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa kienu mħarsa, kemm dawk relatati mal-Covid-19 u anke riskji oħra minħabba li riedu jsiru għoqiedi fl-għoli.