Filmat: Siġar jaqbdu n-nar fil-Marsa

Xi siġar ħadu n-nar fil-masġar li hemm qrib il-Golf Course tal-Marsa.
Jidher li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.30pm iżda għadha mhix magħrufa l-kawża ta’ dawn in-nirien.
Ħaddiema tal-protezzjoni ċivili dehru jitfu n-nar ftit tal-minuti ilu fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.