Aġġornata bir-ritratti: Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ f’ħabta f’Pembroke

Sewwieq ta’ sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident f’Pembroke.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq Sant Andrija għall-ħabta 1.15pm viċin il-grawnds tal-Luxol direzzjoni lejn San Ġiljan bejn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta' 20 sena minn Pembroke u mutur misjuq minn raġel ta' 40 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar kif ukoll il-Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
Minħabba l-inċident inħolqot konġestjoni hekk kif il-karreġjata direzzjoni lejn San Ġiljan kienet magħluqa.