Ritratti: Serqu 2 siġriet li ħawlu t-tfal fil-ġnien pubbliku tal-Gżira

FB: Conrad Borg Manché

Is-sindku tal-Gżira Conrad Borg Manché uża l-paġna personali tiegħu ta’ Facebook biex jesprimi d-dispjaċir tiegħu lejn il-persuna jew persuni li qalgħu żewġ siġriet mill-ġnien tal-Gżira. Hu qal li persuna trid tkun veru kattiva biex tasal taqla’ żewġ siġriet minn erbgħa li ħallsu u ħawlu t-tfal li kienu qed jattendu Skola Sajf.

Is-siġar tħawlu mill-istess tfal li ġabru l-flus għas-siġar. Dawn tħawlu fil-ġnien tal-Gżira stess.

Borg Manché reġa’ staqsa għaliex saret din il-kattiverja. Stqarr li li kieku xi ħadd talbu xi siġra kien jara x’jagħmel biex jgħinhom u jġibilhom xi waħda. Saħaq li biex persuna taqla’ siġra li magħha kellha mwaħħla tag bl-ismijiet tat-tfal li taw il-kontribut tagħhom biex, hija injoranza.

Kienu bosta n-nies li rreaġixxew dwar dan l-għaġir, b’ħafna juru d-dispjaċir tagħhom għal dan l-għaġir.

Trid tkun vera kattiv u njorant biex taqla zewg sigriet minn erba li hallsu u hawlu it-tfal ta’ Skola Sajf fil-Gnien…

Posted by Borg Manché Conrad on Friday, September 13, 2019