Aġġornata bir-ritratti: Tinsteraq dar fil-Mosta

Ftit tal-ħin ilu seħħet serqa minn ġo residenza fil-Mosta.
Sorsi fuq il-post qalu lil Newsbook.com.mt li s-serqa saret fi Triq il-Kostituzzjoni ftit qabel il-11am.
Newsbook.com.mt kkonferma mal-Pulizija, li qalu li waqt il-ħin tas-serqa ma kien hemm ħadd fil-binja.
Għalkemm il-Pulizija ma setgħux jikkonfermaw xi nsteraq, Newsbook.com.mt huwa infurmat li nsterqu oġġetti li jammontaw għal ammont ta' flus konsiderevoli.
Fuq il-post marru uffiċjali minn tar-Rapid Intervention Unit, iżda l-persuni li daħlu fil-post kienu diġà telqu.
Ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident, iżda b'konsegwenza tal-operazzjoni tal-Pulizija nġema’ kemxejn traffiku.