Ritratti: Serbut karozzi biex jaqbdu l-vapur minn Għawdex

Ritratt: Miguela Xuereb

It-temp sabiħ u l-ftuħ mill-ġdid tar-restoranti qed iħeġġu aktar Maltin biex jaqsmu l-fliegu u jqattgħu ġurnata jew tnejn fil-gżira Għawdxija.

Għall-ħabta tas-7pm serbut karozzi kienu qed jistennew fi kju twil sar-roundabout ta’ Għajnsielem fi triqithom lura Malta. Il-kju ma waqafx hekk kif sa issa l-pulizija għadhom fl-istess triq jidderieġu t-traffiku.

Wieħed jista’ dejjem jiċċekkja l-erba’ kameras li juru t-traffiku minn triq l-Imġarr sal-marshalling area tal-Gozo Channel.  Tista’ taċċessa l-kameras hawn.

Minn nhar it-Tnejn li għadda, il-Gozo Channel żiedet il-vjaġġi tagħha għas-sajf. L-iskeda ta’ qabel kienet ġiet ridotta minħabba n-nuqqas ta’ traffiku bejn iż-żewġ gżejjer ikkawżat mir-restrizzjonijiet infurzati b’rabta mal-Covid-19.

Mit-Tnejn li għadda twaqqaf l-iscreening li kien qed isir fuq il-persuni se jaqsmu bejn il-gżejjer. Din il-kwistjoni qamet ukoll fil-Parlament hekk kif il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Chris Said qal li l-iscreening li kien qed isir bejn Malta u Għawdex twaqqaf ħesrem u mingħajr avviż.