Ritratti: Il-Luqin x’qed iħejju?

Ċelebrazzjoni

Iċ-Ċentru Żgħażagħ Luqa għandu stedina għal serata għall-familja kollha mimlija żfin, kant, reċtar, kummiedji, daħq u ikel bnin. Din is-sena hija l-għeluq tal-15-il sena mindu fetaħ iċ-ċentru u beda x-xogħol volontarju maż-żgħażagħ.

Il-Lejla Sajfija, li hija serata annwali, se ssir fl-24 t’Awwissu mit-8pm ‘l hemm fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ Ħal Luqa li jinsab fi Triq id-Dokkiena. Iċ-Ċentru jisħaq li kollox huwa mtella’ mill-membri li jaħdmu tul is-sajf kollu biex tkun serata mill-isbaħ.

Ċentru Żgħażagħ Luqa spjega ma’ Newsbook.com.mt li l-flus kollha jmorru biex iċ-ċentru dejjem jisbieħ u jsir iktar modern, biex iħajru iktar żgħażagħ jingħaqdu magħhom. Fiċ-ċentru, iż-żgħażagħ jitgħallmu valuri nsara, kif ukoll dwar affarijiet bħal droga, kif tagħti l-ewwel għajnuna, u informazzjoni prattika oħra li jibqgħu jġorru magħhom tul ħajjithom.

Biljetti:  Adulti: €9; Tfal(5-11-il sena): €5. Il-prezz jinkludi: 

1. Affarijiet biex tibda
2. Għażla bejn: ċanga (cube roll), saqajn tat-tiġieġ (drumsticks), burger taċ-ċanga, burger tal-ħaxix, burger tal-ħut.
3. Patata, ħaxix, coleslaw u affarijiet oħra
4. Deżerta
(Il-laħam kollu jiġi msajjar fuq grilja.)

Wieħed jista’ jċempel lil James fuq 79821258 jew lil Maria 79856086 biex jibbukkja biljett. Għal aktar informazzjoni, tista’ żżur l-avveniment fuq Facebook, kif ukoll il-paġna taċ-Ċentru, fejn tista’ tibgħat messaġġ dirett.