Ritratti: Sejħa oħra għall-ġustizzja u riżenji

Madwar 10,000 persuna llum waranofsinhar attendew għad-dimostrazzjoni f'Tas-Sliema, biex isejħu għall-ġustizzja wara l-assassinar tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Sejħu wkoll għar-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija u tal-Avukat Ġenerali, kif ukoll biex dawk li jieħdu l-kariga tagħhom, jintgħażlu bl-approvazzjoni ta' żewġ terzi tal-Kamra tar-Rappreżentanti.
L-appelli tagħhom għaddewhom ukoll permezz ta' strixxuni u kartelluni. 
Ritratti: Ryan Bonello/Fr Joe Borg