Ritratti: Sejba ta’ kokaina f’appartament fis-Swieqi; 4 arrestati

Erba’ persuni ġew arrestati wara sejba ta’ droga kokaina u ħaxixa tal-kannabis f’appartament fis-Swieqi.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-arresti saru mill-Iskwadra tad-Droga matul il-lejl li għadda. Tliet irġiel residenti l-Mosta, San Pawl il-Baħar, u l-Ħamrun li l-eta’ tagħhom tvarja bejn it-
33 u s-46 sena, kif ukoll mara ta’ 34 sena mill-Ħamrun ġew arrestati.

F’ appartament fis-Swieqi nstab madwar kilo trab abjad aktarx tad-droga kokaina u 3.5 kilo
ssuspettata ħaxixa tal-kannabis. Instab ukoll ammont sostanzjali ta’ flus.

Skont il-Pulizija, ir-raġel mill-Mosta mistenni jitressaq il-Qorti għada.