Ritratti: Sejba ta’ 24 kilo kokaina f’container ġej mill-Amerka t’Isfel

dwana

Id-Dipartiment tad-Dwana sab 24 kilogramma kokaina f’container fil-Port il-Ħieles. Il-container kien ġej mill-Amerka t’Isfel.

Fi stqarrija, id-Dipartiment tad-Dwana qal li wara scans preliminari instabu rregolaritajiet f’wieħed mill-containers li daħlu. Wara spezzjoni manwali instabu 20 pakketti kokaina b’valur ta’ madwar €2.7 miljun. Il-container kien sejjer lejn l-Albanija.

Il-Ħadd li għadda, id-Dipartiment tad-Dwana għamel sejba tad-droga kokaina b’valur ta’ €10.26 miljun.