​Ritratti: Sejba goffa u rari f’kaxxa fil-posta

Fizzjali tad-Dwana stazzjonati fl-uffiċċju tal-Posta f’Ħal-Qormi fl-aħħar jiem għamlu sejba goffa, fl-istess ħin rari.
Dan meta f’kaxxa indirizzata lil persuna barranija residenti Malta sabu ġlud ta’ żewġ orsijiet. Il-kaxxa kienet ġejja mir-Russja.
Peress li l-importazzjoni ta’ dawn il-ġlud hija projbita, minħabba li l-ispeċi huma protetti mil-liġi, il-ġlud ġew ikkonfiskati.
Sadanittant, fil-jiem u l-ġimgħat li għaddew, diversi pakketti b’sustanza ta’ droga ġew interċettati mill-Uffiċjali tad-Dwana, liema pakketti ġew mgħoddija lill-Pulizija għal aktar investigazzjoni. F’xi każi diġà tressqu nies il-Qorti, anki wara li l-Pulizija sabet iktar droga fir-residenzi tagħhom.