Ritratti: Sean Borg jirbaħ it-tellieqa bil-jott madwar Kemmuna

Alex Turnbull

Sean Borg, l-iżgħar parteċipant fit-tellieqa Single Handed madwar Kemmuna irnexxielu jirbaħ il-kompetizzjoni. Borg kellu l-akbar jott fost il-parteċipanti u għalhekk kienet xi ftit ta’ sorpriża għall-fatt li rnexxielu jegħleb lill-avversarji tiegħu u jirbaħ it-titlu.

Din it-tellieqa kienet ilha xi żmien ma tkun inkluża fil-kalendarju tat-tlielaq tar-Royal Malta Yacht Club u għallkemm iġġenerat interess, kienu biss ħames jottijiet li finalment laqgħu l-isfida.

Fit-tieni u t-tielet post ġew Jamie Sammut u Marco Sartori rispettivament. L-impenn li jmiss fuq il-Kalendarju tar-Royal Malta Yacht Club ser tkun id-Dinghy Ranking Regatta li se ssir bejn illum u għada. Għal aktar informazzjoni żur is-sit tal-Yacht Club.