Ritratti: Schola Cantorum Jubilate jirbħu l-‘Palma tad-Deheb 2013’

Il-kor Schola Cantorum Jubilate huwa r-rebbieħ tal-‘Palma tad-Deheb’ 2013, unur li jingħata kull sena mill-Parroċċa ta’ San lawrenz, bħala rikonoxximent għall-impenn taż-żgħażagħ fil-qasam mużikali f’Għawdex.

Schola Cantorum Jubilate, li huwa kkunsidrat bħal wieħed mill-korijiet stabiliti f’Malta, ġie mwaqqaf fis-sena 2000 mil-leader attwali Stefan Attard. Id-direttriċi mużikali hija Marouska Attard li hija gradwata fil-mużika, vjolinista u anke sopran.

Schola Cantorum Jubilate tispeċjalizza fil-polifonija sagra u fil-mużika klassika. Madankollu r-repertorju tagħhom jinkludi wkoll mużika kontemporanja.

Dan il-kor huwa attiv matul is-sena kollha u kull sena jtella’ l-avveniment ‘Carols by Candlelight’, li llum ġie stabbilit bħala wieħed mill-attivitajiet annwali fiż-żmien il-Milied f’Malta.

Waħda mill-esperjenzi uniċi ta’ dan il-kor kien f’Ruma meta kanta quddiem il-Papa Benedittu XVI.

Aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet li jtella’ dan il-kor fuq is-sit scjchoir.com.