Ritratti: Saviour xi ġralu?

Fl-episodju tal-lum il-Ħamis ta’ Ħbieb u Għedewwa Sandra tkun qed tlesti biex toħroġ għax-xogħol. X’se jgħidulha t-tfal tagħha? Għaliex Adam u Chiara ma jaqblux kif qed jittrattahom Saviour?  X’se tgħidlu Chiara dwar in-negozju tiegħu?

Decelis u Manwela jitkellmu dwar Felic. X’se jgħid Decelis xħin jisma’ r-recording li kienet tagħtu Manwela?

Min hi Victoria? X’se tmur tagħmel għand Saviour?

Saviour lil min se jċempel? Xi ġralu?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm fuq Melita More, Cabel Channel 315. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.