Ritratti: Saviour xi ġralu?

Fl-episodju ta’ qabel tal-aħħar mis-sensiela Ħbieb u Għedewwa naraw lil Saviour imur l-uffiċju ta’ Etienne. X’se jerġa’ jgħidlu Frankie? Se jmorru wkoll Manwel, John u Frank.

Etienne u Manwel se jikxfu dak kollu li kienu żammew sigriet għal ħafna snin. X’reazzjoni se jkollhom John, Saviour u Frank għal dak li se jisimgħu? X’se jiġrilu Saviour? U John għaliex se jħossu nkwetat ħafna?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315. Repetizzjoni ta’ dan l-episodju jixxandar għada fl-10.15, filwaqt li l-aħħar episodju se jixxandar għada l-Ġimgħa fl-3.45pm.

Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.