Filmat: Il-Karnival tan-Nadur f’żewġ minuti

Is-Sindku tan-Nadur Edward Said qal li matul it-tieni lejl tal-Karnival, in-Nadur ra diversi kostumi partikolari mimlija satira, kuluri, u anke makabrità.
Il-Karnival Spontanju tan-Nadur beda matul il-lejl tal-Ġimgħa 9 ta’ Frar u jibqa’ sejjer sal-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa.
Skont is-Sindku tan-Nadur Edward Said, minkejja t-temp, il-karnival ta’ din is-sena xorta’ laqa’ numru sabiħ ta’ persuni.
Fi stqarrija, is-Sindku qal li dan il-Karnival jibqa’ dak li fih wieħed jilbes li jrid. Żied jgħid li l-Karnival qed jilqa’ wkoll kostumi moderni li qed iġeddu l-istess Karnival.
Filmat: CVC Media
Ritratti: Anaca Photography