Ritratti: Fit-Tajlandja ġie salvat kelb abbandunat bejn sema u ilma

Grupp ta’ ħaddiema fuq rigg taż-żejt ilbieraħ salvaw kelb li sabu jgħum abbandunat bejn sema u ilma 220km bogħod mix-xatt fit-Tajlandja

Il-ħaddiema salvaw il-kelb wara li l-kelb deher jgħum għajjien u bla saħħa ħdejn ir-rigg li kienu stazzjonati fuqu. Huma semmew lill-kelb Boonrod, li tfisser ‘dak li ġie salvat’.

Għadu mhux magħruf kif il-kelb sab ruħu waħdu bejn sema u ilma daqshekk bogħod mix-xatt, madanakollu qed tkun ikkunsidrata l-possibilità li waqa’ minn fuq dgħajsa tas-sajd.

Il-ħaddiema ta’ fuq ir-rigg ħadu ħsieb jagħtu ikel u xorb lill-Boonrod sakemm issejħet dgħajsa biex ikun trasportat għal sptar tal-annimali fit-Tajlandja.