Ritratti: Rumeni jinġabru biex jipprotestaw kontra l-korruzzjoni f’pajjiżhom

Gabriela G.

Read in English.

Membri tal-komunità Rumena f’Malta organizzaw dimostrazzjoni kontra l-korruzzjoni f’pajjiżhom fil-Belt Valletta dalgħodu.

Din id-dimostrazzjoni kienet organizzata b’solidarjetà mar-Rumeni li qed jipparteċipaw fi protesta kbira fil-Pjazza Victoriei f’Bukarest illum ukoll, fejn mistennija li jkun hemm eluf. Il-protesta taħbat mal-anniversarju ta’ sena minn meta kien hemm protesta kbira f’Bukarest kontra l-partit fil-poter u kontra l-korruzzjoni.

Aqra: Għada: Protesta kontra l-korruzzjoni Rumena fil-Belt Valletta

Fost dawk preżenti għad-dimostrazzjoni f’Malta, kien hemm Maltin, Rumeni u barranin oħra li ħaduha kontra l-korruzzjoni tal-Gvern fir-Rumanija. Dawn għamlu kartelluni mal-art quddiem il-Parlament u interaġixxew man-nies għaddejjin. Kien hemm turisti Russi u mill-Ħong Kong li waqfu biex jistaqsu għaliex qed jipprotestaw.

L-organizzatriċi tal-protesta, Gabriela G., qalet lil Newsbook.com.mt li l-attivisti stagħġbu bis-sapport li kellhom, kemm mingħand il-Maltin u anke mingħand il-barranin.

Aqra: Ikkonfermata l-mewt tat-tfajla Rumena li nħatfet u ġiet stuprata

Wieħed mill-każijiet li qajjem furur fir-Rumanija riċentament kien il-ħtif ta’ tfajla ta’ 15-il sena, li ġiet stuprata u mbagħad instabet mejta. Meta nħatfet minn mekkanik, it-tfajla ppruvat iċċempel għall-għajnuna tliet darbiet, iżda hija nstabet 19-il siegħa wara.