Riċetta u ritratti: Joseph A Cachia
Ingredjenti
230g għaġina sfiljurata
250g irkotta
nofs tazza ħalib
6 mgħaref semolina
250g spinaċi ffriżata
100g ġobon Cheddar
melħ
bżar iswed
ġulġlien
Metodu
Ħalli l-ispinaċi barra biex jinżel is-silġ. Wara agħsru sew biex tneħħilu l-ilma kollu.
Poġġi l-irkotta f’kazzola. Żid il-ħalib, is-semolina, il-bżar u l-melħ. Saħħan fuq nar moderat il-ħin kollu tħawwad sakemm il-ħalib jonqos u l-l-irkotta tagħqad. Ħalliha tiksaħ.
Ifrex l-għaġina u ferrex l-ispinaċi fuqha iżda tasalx sat-trufijiet tagħha.
Fuq l-ispinaċi ferrex l-irkotta u fuq l-irkotta ferrex il-ġobon Cheddar.
Irrombla l-għaġina bil-galbu.
Xarrab ftit il-wiċċ bl-ilma u ross il-ġulġlien.
Daħħal fil-forn f’temperatura ta’ 190˚Ċ għal madwar 20 minuta u sakemm tara li r-roly-poly ħa kulur dehbi.
Tista’ sservi sħuna jew kiesħa.