Ritratti: Ristorant fl-ambjent ta’ Sailor Moon

Ritratt: Trip Advisor

Minkejja li ilu mill-1991 li l-cartoon Sailor Moon tfaċċa għall-ewwel darba, dan għadu jgawdi suċċess kbir f’bosta pajjżi. Waqaf jinħadem fl-1997 iżda r-ripetizzjonijiet tiegħu għadhom popolari u minn żmien għall-ieħor jitfaċċaw ukoll avventuri ġodda, fosthom film għaċ-ċinema s-sena d-dieħla.

F’Tokyo, fil-Ġappun, il-pajjiż minn fejn dan il-cartoons ħa l-ħajja, ftit tal-ġimgħat ilu fetħu ristorant apposta għall-fans numerużi ta’ Sailor Moon.

Ibda mid-dehra, kif ukoll għal dak li jseħħ fir-ristorant u saħansitra għall-ikel li tiekol, kollu għandu t-tema tal-popolari Sailor Moon.

Ritratt: Trip Advisor

Malli tidħol fix-Shining Moon Tokyo, id-dehra fuq ġewwa hi waħda differenti minn ristoranti oħra u tagħtik l-impressjoni li dħalt f’xi kamra spazjali.

Ritratt: Trip Advisor

L-ikel ukoll jiġi ppreżentat fuq stil à la Sailor Moon. Fuq il-menù fil-fatt nsibu fost ikel ieħor il-Pretty Guardian Lunch Box u l-Moon Prism Burger.

Ritratt: Trip Advisor

Jekk tmur tiekol filgħaxija ssib is-Sailor Planet Round Sushi, jew is-Somen Cold Noodles jew inkella il-Bunny curry.

U la tiekol, trid tixrob. U anki hawnhekk għandek għażla mhux tas-soltu.

Ritratt: Trip Advisor

Wara nofsinhar tista’ tixrob jew xi Usagi Strawberry Smoothie jew il-Mamoru Ice Coffee jew inkella xi limunata roża, cider blù, jew roża, u anki xi kafè partikolari.

Ritratt: Trip Advisor

Għal wara l-ikel, id-diżerta wkoll hi waħda differenti minn dik ta’ ristoranti oħra, u hija wkoll magħmula apposta biex iżżommok fl-atmosfera ta’ Sailor Moon.

Ritratt: Trip Advisor

Mhux biss, dawk li jmorru jieklu filgħaxija, jistgħu jgawdu minn spettaklu. Kull filgħaxija l-ispettaklu ta’ Sailor Moon jittella’ tlett darbiet u għal kull persunaġġ minn din is-sensiela hemm żewġ atturi li jalternaw bejniethom minn serata għall-oħra.

Ritratt: Trip Advisor

AQRA: Filmat: Sailor Moon, bħal Lupin, għaċ-ċinema