Ritratti: Reuters bl-aktar ritratti popolari fuq l-Instagram

L-aġenzija tar-ritratti Reuters għandha wieħed mill-aktar accounts popolari tal-Instagram, b’iktar minn 520,000 segwaċi u kuljum itellgħu l-aħjar ritratti li jkunu ttieħdu mill-fotografi tagħhom id-dinja.
Ir-ritratti jinkludu kemm avvenimenti kif ukoll xeni mill-ħajja ta' kuljum.
Fost l-aktar ritratti popolari nsibu raġel jgħolli tifla waqt inżul ix-xemx f'riserva nazzjonali fil-Krimea, ieħor juri kelb miexi fost in-nies bi stampi proġettati fuq l-Empire State Building fl-isfond u ieħor ta' Lionel Messi fix-xibka waqt il-logħoba kontra ċ-Ċili.
Ritratti oħra juru żewġ subien mexjin mill-iskola jfittxu l-ikel fil-Kenja, u mara ġġorr tifel waqt li kienu mexjin ħdejn xmara fiċ-Ċina.
Żewġt iklieb f'siġġu tar-roti ġibdu wkoll is-simpatija tas-segwaċi ta' Instagram.