Ritratti: Residenti ta’ 3 sulari appartamenti jitqajmu qabel darhom tiġġarraf

Residenti ta’ appartamenti f’Ruma jistgħu jgħodduha b’waħda hekk kif tqajmu matul il-lejl minn residenta tal-blokk li, għall-ħabta tal-4.00am, kienet qed tisma’ ħsejjes strambi.
Fi ftit ħin, it-tliet sulari ta’ fuq nett tal-blokk ċedew quddiem għajnejn ir-residenti li laħqu niżlu fit-triq kif kienu.
Li ma kienx hekk, l-inċident kien ikun wieħed fatali għal ħafna.
L-inħawi, qrib ix-xmara Tevere, issa huma magħluqa hekk kif għaddejjin l-investigazzjonijiet.